Fit-tmienja u kwart ta’ dalgħodu seħħ b’inċident tat-traffiku fi Sqaq is-Siġra, San Ġiljan.
Raġel ta’ 69 sena residenti San Ġiljan stess, intlaqat minn mutur NIU N1S li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma, ir-raġel ta’ 69 sena, ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.