Anzjan ta’ sebgħin sena miet wara li waqa’ madwar tliet sulari għoli mill-bejt tad-dar tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ.
Għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu, Pulizija li kienu fuq ronda nnotaw numru ta’ persuni, flimkien ma’ tabib, li kienu qed jassistu anzjan fuq bankina fi Triq Ġanni Bonnici.
Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku, iżda l-anzjan ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa, li fetaħ inkjesta waqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.