Anzjan Rumen ta’ 69 sena tilef ħajtu wara li waqa’ fil-baħar u sab ruħu f’diffikultà fil-bajja ta’ St Peter’s Pool, f’Delimara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post marru l-Pulizija u membri mill-Forzi Armati ta’ Malta, fejn tellgħu lir-raġel mill-baħar u ddaħħal f’Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Ir-Rumen ingħata l-għajnuna minn tim mediku, fejn ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Giannella Camilleri Busuttil, li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.