Taljan ta’ 68 sena tilef ħajtu wara li nqaleb bil-forklifter, b’konsegwenza li l-forklifter ġie fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ dalgħodu fiż-żona industirjali ta’ Ħal Far.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Marseann Farrugia li ħatret inkjesta b’rabta ma’ dan il-każ.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.