Ragel ta’ 71 sena miet wara li ttajjar minn vettura, Triq l-Ingiered, viċin San Vincenz de Paule. Huwa ttajjar minn raġel ieħor ta’ 58 sena li kien qed issuq vettura tat-tip Toyota helix u huwa residenti l-Imqabba.
Bl-impatt ir-ragel miet fuq il-post. L-inċident seħħ fis-06:15 dalgħodu. Fuq il-post issejħet ambulanza li ċċertifikat lill-anzjan mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Demicoli LL.D li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.