Anzjan ta’ 66 sena tilef ħajtu wara li s-Sibt waranofsinhar kien miexi u waqa’ minn fuq bankina.
Fi stqarrija tal-pulizija li ħarġet dalgħodu ntqal li r-raġel kien miexi fi Triq Valletta f’Ħal Luqa fejn hekk kif waqa’ mal-ewwel intalbet l-assistenza medika. Huwa ġie iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika iżda aktar il-pulizija ġiet infurmata li r-raġel miet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Josette Demicoli li ħatret diversi inkjesti sabiex jassistuha. Il-pulizija qalet ukoll li se ssir awtopsja sabiex tistabilixxi l-kawża tal-mewt tar-raġel.