Saviour Buttigieg, pensjonant ta’ 68sena tressaq il-Qorti wara li kellu argument ma’ ibnu fir-Rabat.
Jidher li l-kwisjoni li wasslet għall-argument, kienet fuq pompa tal-ilma. Bl-akkużat xejjer senter li kellu f’idejh u laqat lil ibnu f’wiċċu u ikkaġunalu ġrieħi gravi.
L-anzjan ammetta l-akkużi fil-konfront tiegħu u qal li ma kellu l-ebda ħsieb li jispara l-arma, li filfatt ma sparahiex.
Huwa ngħata sentenza ta’ ħmistax-il xahar ħabs sospiżi għal tlett snin, multa ta’ seba mitt ewro u sospensjoni tal-liċenzja tal-arma għal ħames snin.