Mario Brignone, anzjan ta’ tmieenja u sittin sena minn Bormla, ġie kkundannat żewġ sentenzi ta’ ħabs sospiżi u żewġ multi wara li, fil-Qorti, ammetta li ġew każi ta’ ħasil ta’ flus li kienu ġejjin mit-traffikar tad-droga, li kien jieħu ħsieb ibnu stess.
Meta ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech spjega li dan il-każ ma kienx wieħed ta’ self-laundering, imma wieħed ta’ ħabi ta’ flus li kienu ġejjin mit-traffikar tad-droga.
Il-Maġistrat Frendo Dimech spjegat li l-Qorti qieset kif l-anzjan kien maħkum u taħt il-kontroll ta’ ibnu u l-ħajja kriminali li dan jgħix.
Minbarra ż-żewġ sentenzi ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, il-Qorti mmultatu total ta’ ħamsa u sebgħin elf ewro fuq iż-żewġ każi, filwaqt li ordnat il-konfiska tal-proprjetà mobbli u immobbli tiegħu.