Anzjna ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’Ħal Luqa.
Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-sitta u nofs, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa Triq il-Ġdida, Ħal Luqa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 92 sena residenti Ħal Luqa stess waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qiegħed fuq il-bejt tar-residenza tiegħu jagħmel xi xogħolijiet.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri
minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.