Anzjan ta’ 64 sena minn Kerċem ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq kamra tal-għalqa li tinsab f’dar fi Triq Saguna fis-Sannat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.