Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta u ħamsa seħħ inċident stradali fi Vjal Nelson, il-Belt Valletta (Putirjal).
Minn investigazzjoni preliminari illi saret irriżulta li raġel ta’ 61 sena residenti l-Ħamrun safa’ milqut minn vettura tat-tip Dennis Eagle (scammell) misjuqa minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Imtarfa, li dak il-ħin kien qiegħed jirriversja.
Ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 61 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.