Anzjan ta’ 70 sena miż-Żurrieq ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura tat-tip Peugot 3008 misjuqa minn mara ta’ 42 sena miż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għal ħabta ta’ 12:00 a.m. fi Triq il-Barrieri ż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.