Anzjan ta’ sebgħa u sebgħin sena minn San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni f’tal-Pietà.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar, fi Triq Clarence.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku li aktar tard ħa lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.