Raġel ta’ 66 sena residenti l-Belt Valletta, għal xi raġuni nqeleb minn fuq l-electric wheelchair tiegħu u kawża tal-ġrieħi li ġarrab jinsab fil-periklu tal-mewt Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn sabu raġel mindud fl-art waqt li kien qed jingħata l-assistenza minn xi persuni . Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji fejn ftit wara ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr M Vella LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.