Anzjan ta’ 67 sena mis-Siġġiewi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kellu inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranofsinhar fi Triq Ħal Farruġ f’Ħal Luqa meta tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.
Tim mediku mar fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan, li mbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.