Anzjan ta’ 82 minn tas-Sliema sofra ġrieħi serji wara li waqa’ fuq il-blat f’Tas-Sliema stess.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-għaxra u nofs fi Triq ix-Xatt, fejn l-anzjan instab mixħut fuq il-blat fil-viċinanzi ta’ Ġnien l-Indipendenza.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.