Anzjan ta’ 78 sena minn Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ fid-dar tiegħu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:15 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Ċeżalpina, Birkirkara. Minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li għal xi raġuni waqa’ barmil mimli siment fuq l-anzjan.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, filwaqt li tim mediku ħa lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.