Anzjan ta’ 74 sena miż-Żurrieq jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fiż-Żurrieq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-17:45 tal-Ħadd fi Triq San Pawl iż-Żurrieq, meta karozza tat-tip Hyundai misjuqa minn mara miż-Żurrieq ta’ 32 sena laqgħtet lill-anzjan.
Fuq il-post marru l-pulizija flimkien ma’ tim mediku, bl-anzjan jittieħed l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret Inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.