Anzjan ta’ 74 sena miż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-4:15, fi Triq l-Imdina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 25 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.
Dwar il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Rizzo, li ħatret inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.