Anzjan ta’ 78 sena mill-Imġarr jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Mġarr, li seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan intlaqat minn mutur Kawasaki, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Mellieħa.
L-anzjan ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji. Ix-xufier tal-mutur mar għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa u ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi ħfief.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Gatt kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.