Anzjan indarab serjament wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Ka misjuqa minn anzjan ta’ 75 sena minn San Pawl il-Baħar u Peugeot Expert misjuq minn raġel Ġermaniż ta’ 29 sena.
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.