Raġel ta’ 73 sena residenti l-Gudja, waqa’ għoli ta’ madwar sular minn bokka ta’ service lift ta’ każin li jinsab fi Triq G.M. Farrugia f’Ħal Għaxaq.
Dan ġara għall-ħabta tat-19.45 meta ssejħet il-pulizija fuq il-post kif ukoll ambulanza mill-isptar Mater Dei fejn ittieħed immedjatament u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Dr. Y Micallef Stafrace LL.D li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.