Anzjan ta’ 64 sena residenti l-Kalkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq tal-Barrani, ż-Żejtun fl-akwati ta’ Bir id-Deheb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li vettura tat-tip Subaru Forester misjuqa minn raġel ta’ 46 sena li joqgħod Ħal Ghaxaq, kellha impatt ma’ vettura ipparkjata, bil-konsegwenza li din tal-aħħar imxiet u raġel ta’ 64 sena residenti l-Kalkara safa’ maqbud bejnha u bejn karozza oħra li kienet ipparkjata quddiema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 64 sena, l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.