Raġel ta’ 69 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija f’Jum il-Milied.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-09:30 fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, meta karozza tat-tip BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena minn Birkirkara ħabtet ma’ BMW oħra misjuqa mill-vittma, li jgħix Ħal Lija.
Minnufih issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.