Anzjan ta’ 72 sena residenti l-Fgura, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu , ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq Bormla, iż-Żejtun,
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan intlaqat minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn
mara ta’ 27 sena residenti l-Fgura.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard kien
iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI