Antonio Vella li kien jgħammar il-klieb u ġie ordnat mill-Qorti biex ma jżommx klieb għal 25 sena flimkien ma’ sentenza sospiża u ngħata multa ta’ €20,000 ser ikun qed jingħata sentenza ġdida wara li rebaħ talba tal-appell fuq żball tekniku fil-ġurament.
Lura f’Ottubru tal-2021, l-pulizija u l-animal welfare kkonfiskaw il’ fuq minn 40 kelb mid-dar ta’ Antonio Vella Birżebbuġa wara li nstabu klieb mejta u kif ukoll uħud maqfula fi gwardarobbi.
Waqt l-appell, l-Imħallef Neville Camilleri osserva li ma kienx ċar jekk il-Qorti kinitx sabet lill-akkużat ħati tal-akkużi kollha jew le.
Fl-ewwel sentenza li ngħatat, l-Imħallef enfasizza li l-Qorti kellha tiddikjara eżatt u espressament ir-reati li għalihom sabet lill-akkużat ħati, u tiddikjara fil-qosor fiex kien jikkonsisti r-reat.
F’dan il-każ, il-Qorti tal-appell ma kinitx taf eżattament dwar liema reati Vella kien instab ħati.
Għal din ir-raġuni, il-Qorti laqgħet it-talba tal-appell u s-sentenza għandha tingħata mill-ġdid skont il-liġi.
L-appell ta’ Vella kien ibbażat fuq ksur ta’ formalitajiet tal-artiklu 382 tal-kodiċi kriminali.