Antonio Tajani kien elett President tal-Parlament Ewropew fejn se jkun is-suċċessur ta’ Martin Schulz.
Tajani, li ġej mill-Partit tal-Popolari Ewropew kien favorit sa mill-bidu, iżda ftehim bejn il-Popolari Ewropej u l-Liberali, li rtiraw lill-kandidat Guy Verhofstadt, issiġillaw ir-rebħa tiegħu biex se jmexxi l-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin.
Is-soċjalisti Ewropej kellhom lil Gianni Pitella bħala kandidat għal din il-kariga, filwaqt li kandidati oħra li kienu ġejjin minn gruppi iżgħar deher sa mill-bidu li ma kellhomx ċans li jkunu eletti.
Il-vot fil-Parlament Ewropew kien wieħed sigriet.