Fit-28 u 29 ta Settembru, Anton Mifsud, sewwieq malti tad-Drifting , spiċċa fit-tieni post meta kkompeta f’Rostov-on-Don, fir-Russja li ospitat tournament uniku ta’ drifting, it-Teboil RDS Superfinal.
Dak li għamel dan l-avveniment tassew speċjali kien li l-parteċipanti fiż-żewġ kampjonati ewlenin tal-pajjiż — ir-Russian Drift Series Grand Prix (RDS GP) u RDS Europe interregional series — ikkompetew fuq termini ugwali fuq l-istess korsa għall-ewwel Russian Drift Cup, l-ogħla kompetizzjoni fil-pajjiż.
Mifsud ta’ 18-il sena kkompeta fil-kategorija NXT, u l-impenn li jmiss huwa fil-5 u s-6 t’Ottubru.