Antoine Degabriele huwa r-raġel ta’ 51 sena li ttajjar u miet fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart fi Triq Anton Buttigieg fiż-Żejtun.
F’kummenti lil midja minn fuq il-post, il-kelliem tal-Pulizija Brandon Pisani spjega li għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, hekk kif instabu biċċiet ta’ karozza.
Barra minn hekk, fl-investigazzjonijiet tagħha l-Pulizija qed tevalwa l-kameras tas-sigurtà f’din it-triq.
Fuq il-post hemm membri mill-Korp tal-Pulizija u anki tim mediku.
Dawn tal-aħħar iċċertifikaw lir-raġel mejjet fuq il-post.
Aqra aktar: