Il-kandidat Presidenzjali Franċiż Emmanuel Macron kien imfixkel minn ħaddiema ta’ fabbrika f’Amiens wara żjara li saret mir-rivali tiegħu Marine Le Pen.
Le Pen tellfet mill-importanza taż-żjara ta’ Macron billi marret fl-istess post biex titkellem mal-ħaddiema qablu, hekk kif hu kien qed jitlaqa mal-unjins tagħhom ftit mili ‘l bogħod.
Macron, li għandu vantaġġ komdu fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, kien f’Amiens, belt twelidu.
Huwa ngħata imbuttatura ‘il quddiem meta l-eks President Nicolas Sarkozy ħabbar li qed jappoġġjah.