Studju riċenti dwar kif wieħed m’għandux għalfejn jieħu kors sħiħ ta’ antibijotiċi wassal għal reazzjoni mħallta mid-dinja medika, fejn min kien sorpriż u min inqas. L-istudju sar mill-British Medical Journal u kkonkluda li m’hemm ebda evidenza li ssostni l-ordni tat-tobba li kors ta’ antibijotiċi għandu jittieħed mill-bidu sal-aħħar inkella ssir iktar ħsara.
Però, kif jispjega t-tabib Jan Chircop, it-tobba kellhom raġuni għall-prassi mħaddma tul is-snin.