Id-DJ lokali, magħruf fix-xena tad-divertiment, ANT għadhu kemm nieda track ġdida jisimha ”What are we doing”.

Għal din it-track, ANT ikkollabora ma’ tliet kantanti minn barra minn Malta; tnejn minnhom minn Los Angeles, il-popolari ”The Crushboys” u r-Rapper mir-Renju Unit magħruf bħala CRIZZY.
”What are we doing” hija track enerġetika u uplifting. ANT huwa konvint li din it-track ser tmur tajjeb mas-semmiegħa u ma’ dawk li jsegwuh fix-xena lokali.