Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li kienet ittieħdet lura fl-2020 u li permezz tagħha ġiet approvata għajnuna statali lil Franza li tlaħħaq is-seba’ biljun ewro għal-Linja tal-Ajru Air France.
Din id-deċiżjoni ingħatat fi sfond ta’ kriżi li kienet ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19 b’mod partikolari fil-qasam turistiku.
Dan il-każ quddiem il-Qorti Ewropea inġab mill-kumpanija internazzjonali Ryan Air, li ħarġet qatta’ bla ħabel kontra din l-għajnuna statali li ngħatat lil numru ta’ linji tal-ajru biex tgħinhom fi żmien il-pandemija.
Ir-Ryanair, anke fi stqarrija li bagħtet lill-kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali, qalet kif din l-għajnuna marret kontra il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Unjoni Ewropea.