Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, għadha qed tibqa’ żżomm mal-pożizzjoni oriġinali tagħha. Dik li l-Prim Ministru ma kellux jieħu Prim Ministri oħra għand ħanut tal-pastizzi jdewwaqhom it-togħma bnina ta’ prodott Malti.
“Dik kienet opinjoni tiegħi fejn jiena ktibt għaliex hekk fhimt li l-post ma kienx addattat għall-okkażżjoni,” qalet Ann Fenech li temmet tgħid li missierha, eks speaker tal-parlament, ma kienx jagħti pastizzi lil nies importanti.