- Marbuta biss ma’ Simon Busuttil
Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, għandha l-ħsieb li la jinħatar kap ġdid tnaqqas, jekk mhux ittemm għalkollox, il-kontribut tagħha fil-Partit Nazzjonalista. Imkejjen fid-Dar Ċentrali spjegaw kif minn wara t-telfa fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Ann Fenech diġà bdiet tnaqqas il-ħidma tagħha u nnotaw kif anke l-kummenti pubbliċi tagħha naqsu.
Ann Fenech qalet li se tispiċċa bħall-kumplament tal-amministrazzjoni, iżda filwaqt li oħrajn fittxew jew qed ifittxu li jimirħu f ’oqsma oħra fil-partit, Fenech qed taħsibha differenti. Fil-fatt kummenti li għamlet fuq il-midja soċjali kienu limitati għal dawk marbuta mal-allegazzjonijiet fuq iċ-chief of staff tal-Prim Ministru u l-Ministru għatTuriżmu b’mod li ssostni l-kampanja li baqa’ għaddej biha Simon Busuttil kontra tagħhom.
Mill-bqija, fl-aħħar ftit ġimgħat, kitbet artiklu fit-Times of Malta maħsub biex tiddefendi lil Simon Busuttil, ir-raġuni li għaliha daħlet fil-Partit Nazzjonalista. Fit-Times of Malta kitbet biex twieġeb lil Kurt Farrugia, kelliem tal-Gvern, li kellu artiklu kritiku ħafna talkap tal-Partit Nazzjonalista. Ann Fenech mhux biss kienet waħda mill-istrateġisti ewlenin ta’ Simon Busuttil iżda kienet fdata bil-pjan finanzjarju tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-fatt kienet hi l-persuna li ħarġet u mexxiet l-iskema ċedoli li permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista daħħal miljuni ta’ ewro bbażati fuq self sigriet. Kienet ukoll parti mit-tmexxija tal-pjan finanzjarju li ħadmet ma’ Alex Perici Calascione u li ftit li xejn ħalla riżultati. Fost oħrajn Ann Fenech kienet involuta f ’laqgħat mal-banek fejn kien hemm bżonn arranġamenti finanzjarji ġodda bilgħan li l-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jipprova jibbilanċ- ja l-kotba tiegħu.
Meta Ann Fenech daħlet fil-politika ma kellhiex rispons tajjeb mis-sħab tagħha fid-ditta legali li għalkemm magħha gawdew bil-goff fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, preferew li sieħeb ewlieni ma jidħolx fl-arena politika.