Fil-Partit Nazzjonalista kienet se tittieħed id-deċiżjoni li David Thake ma jkunx fuq ir-radju fil-kampanja elettorali. Hija l-prassi f’kull partit politiku li min se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali ma jkollux il-programm tiegħu u minflok jieħu sehem bħala mistieden.
Fil-fatt kandidati fuq it-tnax–il distrett kienu diġà lmentaw li b’Thake fuq ir-radju se jkunu żvantaġġati u għalhekk kellha tittieħed deċiżjoni mill-partit biex kull kandidat ikun stmat l-istess. Iżda, l-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia ma qablitx u għalhekk il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil ħa d-deċiżjoni li David Thake kellu jibqa’ jxandar. Fil-fatt kienet l-President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista, Ann Fenech, innifisha li ċemplet lil Caruana Galizia biex tikkonfermala li David Thake se jibqa’ jxandar kif riedet hi.
David Thake mhux l-uniku kandidat li għalih saru eċċezzjonijiet. Bħalu hemm Salvu Mallia li fuq ordni tal-Kap innifsu m’għaddiex mill-Kummissjoni Kandidati. Mallia jispikka għal mod kif qabbel il-Prim Ministru mal-pesta, qal li l-Maltin injoranti.