“It-tir tagħna hu li nneħħu t-tanker” – hekk wieġeb Simon Busuttil meta preżentat bl-opportunità jispjega l-intervista bla preċedent li għamlet Ann Fenech ma’ aġenzija tal-aħbarijiet Ġermaniża. Fenech qalet li f’Marsaxlokk hemm traġedja li tista’ sseħħ minn ħin għal ħin, kważi b’ċertezza qalet li se jmutu n-nies. Qalet ukoll li se jseħħ xi attakk terroristiku, fost ħafna xorti ieħor li mhu veru xejn, kif anke kien ikkonfermat mill-Kummissjoni Ewropea.
It-tweġiba ta’ Simon dalgħodu hija ħażina fuq diversi livelli.
It-tanker tal-LNG ma jinsabx hemm b’mod permanenti, allura dan se jitneħħa, jekk ikunx hu fil-Gvern jew le.
Ma wieġeb xejn dwar Ann Fenech – jiġifieri japprova l-mod li bih penġiet lil pajjiżna qisu qed jistenna traġedja ta’ kalamità kbira sseħħ.
Busuttil, li qed jibbaża l-kampanja tiegħu fuq prinċipji, ma spjegax kif Fenech użat ċetu attitudni mal-mezzi tax-xandir lokali, fejn qalet li t-tankers tal-LNG m’għandhom xejn ħażin, imma barra minn xtutna ħarġet tattakka bis-saħħa.