L-ewwel kelliem fil-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista tal-lum kienet il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech li kellha messaġġ ċar għal dawk miġbura quddiemha.
“Get out the money,” tenniet Ann Fenech li fi żmien Gvern Nazzjonalista l-flus kienet iddaħħalhom bid-direct orders u mhux tant toħroġhom.
“Kunu ġenerużi man-nies li qed iduru bil-bramel fostkom,” qalet Fenech li tenniet tgħid li l-Partit Nazzjonalista qam mexa u rxoxta.