Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech qalet li Simon Busuttil huwa l-aħjar Prim Ministru li Malta jista’ jkollha. Dan f’mument fejn Busuttil qed jisfa fil-mira ta’ kritika kontinwa minn opinjonisti indipendenti, iżda wkoll internament fil-Partit Nazzjonalista.
Ann Fenech qalet dan wara laqgħa tal-grupp parlamentari nazzjonalista li fuq l-aġenda tagħha kellha l-elezzjoni ġenerali. Dan għax Simon Busuttil qed jgħafas fuq il-fatt li l-elezzjoni ġejja dalwaqt bit-tama li jiġbor l-appoġġ tal-grupp parlamentari. Biex issostni din l-idea, fil-filmat li jidher hawn taħt, Ann Fenech qalet li Busuttil huwa l-aħjar Prim Ministru li Malta jista’ jkollha.