L-attività tal-Partit Nazzjonalista dalgħodu bdiet b’appell partikolari – dak għall-flus. Ann Fenech fetħet l-attività billi tkarbet lil ftit għexieren ta’ Nazzjonalisti li tfaċċaw għad-diskors ta’ Busuttil biex idaħlu idhom fil-but u jagħtu l-flus lill-Partit.
Qabel ma għamlet dan rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista keċċew lil ġurnalista u camera person ta’ one news biex ma nirrekordjawx lil President tal-Eżekuttiv, Ann Fenech titkarrab.
Fenech appellatilhom jingħaqdu grupp u jagħtu €500 għax “din se tkun kampanja kbira kontra l-avversarju”. F’dan il-mument Fenech instemgħet tgħid li se jitqassmu l-fuljetti b’informazzjoni filwaqt li qalet li l-iskema ċedoli sejra tajjeb.