Poster li ttella’ fuq il-paġna tal-midja soċjali tal-Aġenzija Żgħażagħ tispjega stat ta’ saħħa mentali li ħafna nies jistgħu jkunu għaddejjin minnu.
Huma bosta li jaħbu u ma jitkellmux u dan ma jgħinx biex wieħed jimxi ‘il quddiem. Hemm min anke l-festi huma liema huma, jġiegħluh iħossu stressjat.
Is-soluzzjoni hija dejjem li titkellem għax hekk tkun diġà qed issolvi nofs il-problema.
http://www.kellimni.com qiegħda hemm biex tintuża u tgħinek. Agħmel kuraġġ u tkellem!