Hija ħasra li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jipolitiċizza l-issue tal-vot lil żgħażagħ ta’ 16 –il sena fl-elezzjonijiet ġenerali meta jidher ċar li hawn kunsens fuq din il-materja li fuqha l-Prim Ministru ilu jitkellem. (link aktar ‘l isfel ta’ diskors li għamel f’April 2015)
Fi stqarrija l-Partit Laburista stqarr li huwa ċar li l-Partit Nazzjonalista huwa biss negattiv u moħħu biex jiftaħ front fuq kollox, anke fuq temi li fuqhom hemm qbil.
Joseph Muscat tkellem sa mill-bidu nett fuq li żgħażagħ ta’ 16 –il sena jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u anke f’dawk Ġenerali, u kien propju l-ewwel Gvern li ta d-dritt tal-vot lill-żgħażagħ ta’ dik l-età biex jivvutaw fl-aħħar elezzjonijiet lokali f’dak li kien sejjaħ bħala l-ewwel pass.
Il-Partit Laburista fisser kif għall-kontra tal-Kap tal-Oppożizzjoni, dan il-Gvern u dan il-Partit jemmen fis-sħiħ fiż-żgħażagħ u ta bosta għajnuna liż-żgħażagħ mhux biss jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom minn meta jkunu żgħar, iżda billi daħħal il-garanzija għaż-żgħażagħ dik li Busuttil sejjaħ garanzija tal-washing machine, żied l-istipendji u qed jagħti stipendji lil min qed jirrepeti xi ħaġa li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jaqbilx magħha u qed jgħin lill-familji żgħażagħ jibdew il-ħajja tagħhom permezz tat-tneħħija tat-taxxa tal-boll.
Aqra aktar: Il-PN u Marlene Farrugia b’mozzjoni dwar proposta tal-PM