Dr Angelo Chetcuti, Viċi President ta’ Birzebbuga FC u Membru tal-Kunsill u tal-Eżekuttiv tal-MFA, inħatar Segretarju Ġenerali. Din l-aħbar kienet ikkonfermata fil-Kunsill tal-MFA li sar illum wara nofsinhar fis-sala tas-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.
Chetcuti hu avukat ta’ 36 sena, u ilu involut fl-amministrazzjoni tal-futbol għal diversi snin u ħadem għal kważi 12-il sena mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel mal-Kummissjoni Ewropea u għal dawn l-aħħar tliet snin mal-Parlament Ewropew.
Huwa ġie appuntat fil-kariga li kien qed jokkupa Bjorn Vassallo, li rriżenja mill-kariga tiegħu ftit tal-jiem ilu u se jingħaqad mal-FIFA. Chetcuti jibda fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-MFA b’mod effettiv mill-1 ta’ Diċembru 2016.