L-attriċi Angelina Jolie trid li d-divorzju minn ma’ Brad Pitt ikun iffinalizzat din is-sena, anke qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar affarijiet oħra bħall-kustodja ta’ uliedhom.
L-avukat tal-attriċi Amerikana insinwa li Pitt mhux qed jonora l-ftehim stipulat bejniethom dwar l-appoġġ li għandu jingħata lis-sitt itfal tagħhom. Ix-xena tal-ispettaklu ilha tinħakem mill-gwerra ta’ bejniethom dwar il-kustodja tat-tfal għal dawn l-aħħar sentejn, kemm ilu li Brangelina ħabbru li ż-żwieġ tagħhom kien tfarrak.
Il-koppja huma magħrufa għall-imħabba li għandhom lejn il-Gżejjer Maltin, tant, li għażlu lil Għawdex bħala d-destinazzjoni tal-qamar il-għasel tagħhom. Fil-‘btala’ ta’ xaharejn, il-koppja ħadmu il-film By the Sea u ħalsu madwar €200,000 biex l-inħawi ta’ Mġarr ix-Xini jinżammu vojta. Is-sitt uliedhom kienu magħhom tul il-qamar il-għasel.