Angele De Leuw Muscat, li minkejja li ħakmitha l-marda tal-kanċer, fl-aħħar xhur serqet il-qlub ta’ bosta bil-messaġġi pożittivi biex timmotiva lil ħaddieħor f’ħajtu, tilfet il-battalja tagħha illum.
Angele, li kien għad għandha biss 34 sena, kienet ilha għal dawn l-aħħar erba’ snin tikkumbatti l-kanċer tas-sider.
Fl-aħħar xhur hi spiċċat tingħata kura intensiva fl-Isptar Sir Anthony Mamo, fejn ġiet informata li l-marda tagħha kienet saret terminali.
Angele De Leuw Muscat ħalliet jibkuha lir-raġel tagħha Casper, iż-żewġt itfal tagħhom, qraba oħrajn u ħbieb, fosthom dawn li ġibdet l-ammirazzjoni tagħhom permezz ta’ messaġġi pożittivi u ta’ kuraġġ.