Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se tifforma r-raba’ gvern tagħha wara li l-oppożizzjoni, il-partit tad-Demokratiċi Soċjali ivvota favur koalizzjoni kbira oħra.
Din l-elezzjoni ġabet fit-tmiem ħames xhur ta’ waqfien politiku mill-elezzjonijiet li saru f’Settembru li għadda.
Id-Demokratiċi Soċjali kienu maqsuma bejn it-tmexxija tal-partit; li appoġġja l-għaqda tal-koalizzjoni, u s-sezzjoni radikali tagħha taż-żgħażagħ, li ma kinux favur il-koalizzjoni.
Is-Sinjura Merkel ilha fil-poter għal 12-il sena.
L-eletturi tal-SPD approvaw il-kontinwazzjoni ta’ din il-koalizzjoni b’66% favur u 33% kontra. L-għadd tal-voti kompla matul il-lejl fil-kwartieri ġenerali ta l-SPD f’Berlin.