Il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel, se tkun qed tikkontesta għar-raba’ terminu għall-uffiċċju. Dan qaluh il-membri tal-partit konservattiv tagħha.
Merkel, li għanda 62 sena, mistennija tħabbar formalment l-intenzjoni tagħha aktar tard il-Ħadd fil-kwartieri ġenerali tal-Unjoni Demokratika Kristjana (CDU).
L-Elezzjonijiet Ġenerali fil-Ġermanja huma mistennija jkunu fil-Ħarifa tas-sena d-dieħla.
Stħarriġ wera li l-popolarità ta’ Merkel naqsat meta mqabbla fl-aħjar tal-popolaritá tagħha, iżda xorta waħda għandha l-maġġoranza warajha.
Intant, hija sofriet telfa imbarazzanti fl-elezzjoni reġjonali aktar kmieni din is-sena u qed tiġi sfidata mill-populisti tal-lemin.