Forsi l-lussu ma jagħmilx biha.
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel issorprendiet lis-sidien ta’ kafetterija fil-Gżira, meta sabuha ma’ wiċċhom dalgħodu.
Forsi kienet it-tabbella li kitbu fuq barra li laqtitha, fi sfond ta’ Ewropa mimlija inċertezzi u sfidi: “I hope you always find a reason to smile!”
Li hu żgur hu li donnha ppreferiet tagħmel żewġ passi ‘l barra mill-lukanda u tesplora ftit in-normalità Maltija.