Emozzjonata, l-kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel għamlet l-aħħar diskors tagħha qabel tħalli t-tmexxija tal-partit Kristan Demokratiku.
Hija qalet li l-valuri liberali għandhom jingħataw il-protezzjoni kemm internament kif ukoll esternament.
Merkel tat x’tifhem li se tkun qiegħda tagħti l-appoġġ kollu tagħha lil Annegret Kramp-Karrenbauer biex tmexxi l-partit flokha fejn Merkel faħħret il-prestazzjoni politika ta’ Karrenbauer bħala ministru ewlieni ta’ Saarland.
Fi tmiem id-diskors tagħha, Merkel ingħatat ċapċipa kbira, b’delegati tac-CDU fil-kungress ta’ Hamburg żammew ukoll kartelluni bi kliem ta’ ringrazzjament.
Merkel se tibqa’ Kanċillier tal-Ġermanja sal-elezzjoni li jmiss.