Angela Merkel ġiet eletta bħala Kanċillier tal-Ġermanja għar-raba’ darba dan wara l-elezzjoni federali li saret ilbieraħ.
Minkejja li l-Partit ta’ Merkel, jiġifieri l-konservattivi, reġa’ ġie elett fil-Gvern dan huwa l-agħar riżultat għal dan il-partit fl-aħħar sebgħin sena.
Fl-aħħar legislatura l-Konservattivi kienu ffurmaw Gvern ta’ koalizzjoni mas-Soċjali Demokratiċi – madankollu matul din il-legislatura mhux ser jerġa’ jiġri l-istess dan għaliex id-Demokratiċi qalu li se jibqgħu fl-Opożizzjoni.
Il-Partit tal-lemin estrem rebaħ l-ewwel siġġijiet tiegħu fil-Parlament u b’hekk se jkun it-tielet partit fil-Parlament.
Hekk malli ħareġ ir-riżultat tard filgħaxija għadd ta’ dimostranti mil-lemin bdew jinġabru f’Berlin, Frankfurt u Cologne. Dan hekk kif ir-riżultat diżapuntanti għal Merkel, minkejja r-rebħa, huwa ġej mill-fatt tal-problema tal-imigrazzjoni fil-Ġermanja, li wkoll waslet biex il-Partit tal-Lemin Estrem jeleġġi l-ewwel siġġijiet tiegħu